EURO 2020 Sport

“Inħossni aħjar” – Christian Eriksen bl-ewwel messaġġ fuq il-media soċjali

Fl-ewwel messaġġ minn meta sofra attakk tal-qalb waqt il-partita kontra l-Finlandja, Christian Eriksen irringrazzja li kull min għaddielu messaġġi ta’ kuraġġ f’dan il-mument tant diffiċli. Eriksen fil-messaġġ fuq Instagram, qal li fiċ-ċirkostanzi jinsab f’kundizzjoni tajba, għalkemm għadu jrid jsirulu aktar testijiet mediċi. Huwa tenna li se jkun qed jagħti s-sapport tiegħu lit-tim Daniż għaż-żewġ partiti li jmisshom.

Eriksen ikkollassa b’attakk tal-qalb waqt il-partita kontra l-Finlandja ta’ nhar is-Sibt li għadda, fejn saritlu 13-il minuta ta’ CPR, qabel ittieħed l-isptar f’Kopenhagen f’kundizzjoni stabbli.