Sport Sport Ieħor

Clive Farrugia jirbaħ it-tielet MSSF Selection Shoot tal-iSkeet tas-sena

Clive Farrugi rebaħ it-tielet MSSF Selection tal-iSkeet għas-sena 2021, filwaqt li Ben Attard u Bozhidar Dimitrov temmew fit-tieni u t-tielet post.

Il-kompetizzjoni saret fir-Ranges Nazzjonali f’Ta’ Kandja bejn is-Sibt u l-Ħadd, fejn is-Sibt sparaw fuq 75 plattina u fuq 50 plattina l-Ħadd.

Is-sitt Finalisti skond il-Bib number u l-kwalifikazzjoni tagħhom kienu: Clive Farrugia b’total ta’ 120/125; Marlon Attard 119/125; Marcello Attard 116/125; Ben Attard 112/125; A. Cassar 111/125; u B. Dimitrov 110/125.

Ir-riżultati uffiċċjali wara l-Finali kienu: Clive Farrugia 54/60, Ben Attard 50/60, Bozhidar Dimitrov 42/50, Marlon Attard 31/40, Marcello Attard 23/3, A. Cassar 14/20