EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

Cristiano Ronaldo jkompli jikser aktar rekords

(Ritratt: EPA)

L-istilla Portugiża Cristiano Ronaldo kompla jikser aktar rekords;

  • Ronaldo sar l-ewwel player li lagħab u skorja f’ħames Kampjonati Ewropej konsekuttivi.
  • Ronaldo sar ukoll l-aktar player li skorja gowls għall-Portugall fejn skorja 106 gowl.
  • Ronaldo sar ukoll l-aqwa skorer ta’ kull żmien fil-Kampjonati Ewropej hekk kif skorja 11-il gowl.

L-attakkant ta’ 36 sena ddebutta fil-finali tal-Kampjonati Ewropej kien fit-12 ta’ Ġunju tal-2004 kontra l-Greċja fejn fl-istess partita kien ukoll skorja l-ewwel gowl tiegħu.