EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

EURO 2020 : Grupp F : Franza 1 – 0 Ġermanja

(Ritratt: EPA)

Iċ-champions tad-dinja jibdew b’rebħa fil-kampjonati Ewropej

Franza bdew il-Kampjonati Ewropej b’rebħa importanti ta’ 1-0 fuq il-Ġermanja f’partita minn Grupp F li jinkludi fih ukoll lill-Ungerija u l-Portugall.

Fl-ewwel taqsima, wara bidu bilanċjat, kiebu Franza li fetħu l-iskor wara 20 minuta meta minn cross ta’ Lucas Hernandez, kien Mats Hummels li xeħet fix-xibka tiegħu stess għal 1-0.

Fit-tieni taqsima, minkejja li ċ-ċansijiet ta’ skor kienu limitati fuq iż-żewġ naħat, kienu Franza li skorjaw darbtejn u l-gowls tagħhom kienu mħassra fiż-żewġ okkażjonijiet. L-ewwel kien Kylian Mbappe fejn wara azzjoni personali kkonkluda għal wara Neuer bil-gowl tiegħu jkunu mħassar għall-offside biex mbgħad sitwazzjoni simili fil-85 minuta meta minn pass ta’ Mbappe, kien Karim Benzema li skorja iżda wara kosultazzjoni mal-VAR il-gowl tiegħu kien mħassar ukoll biex b’hekk Franza kisbu rebħa minima iżda meritata fuq il-Ġermanja.

L-ewwel ħdax inizjali għall-partita bejn Franza u l-Ġermanja huma dawn:

Franza : H.Lloris, B.Pavard, R.Varane, P.Kimpbembe, T.Hernandez, A.Rabiot, N.Kante, P.Pogba, A.Griezmann, K.Benzema (C. Tolisso 89′), K.Mbappe

Ġermanja : M.Neuer, A.Rudiger, M.Ginter (E. Can 87′), M.Hummels, J.Kimmich, K.Havertz (L. Sane 74′), T.Kroos, S.Gnabry (T. Werner 74′), R.Gosens (K. Volland 88′), I.Gundogan, T.Muller

Referees : C. dek Cerro Grande

Assistenti referees : J. Carlos Yuste, R. Alonso Fernandez