EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

EURO 2020 | Grupp F: Ungerija 0 – 3 Portugall

Il-pressjoni tal-Portugall ħalliet l-impatt mixtieq fl-aħħar għaxar minuti tal-partita

Fl-ewwel taqsima kif kien mistenni l-Portugall iddominaw il-pusess tal-ballun, bl-opportunitajiet ta’ skor jaqgħu f’saqajn Diego Jota, Cristiano Ronaldo u Bernardo Silva partikolarment. Madanakollu, minkejja s-saħħa offeniva tat-tim Portugiż, l-ungerija rnexxielhom iżomm l-iskor 0-0 sa tmiem l-ewwel taqsima.

Fit-tieni taqsima l-Portugall komplew bil-pressjoni kontinwa iżda kellhom jistennew sal-84 minuta biex jiskorjaw meta Raphael Guerrero tefa’ ġewwa mill-viċin għal 1-0. Biex fis-87 minuta Cristiano Ronaldo għalaq il-partita mill-ħdax-il metru għal ta’ 2-0. Fit-92 minuta Ronaldo għamilhom tlieta mill-viċin għal skor finali ta’ 3-0, biex sar l-aktar plejer li skorja gowls fil-kompetizzjoni tal-Euro.

Ungerija: P. Gulacsi, E. Botka, W. Orban, At. Szalai, G. Lovrencsics, L. Kleinheisler, A. Nagy, A. Schaffer, A. Fiola, A. Szalai, R. Sallai

Portugall: R. Patricio, N. Semedo, R. Dias, Pepe, R. Guerrerio, Danilo, W. Carvalho, B. Fernandes, C. Ronaldo, D. Jota, B. Silva

Referee: C. Cakir

Assistenti referees: B. Duran, T. Ongun