Futbol Sport

Hibernians se jilagħbu kontra FC Flora Talinn fil-UEFA Champions League

Hibernians se jkunu qed jilagħbu kontra t-tim mill-Estonja FC Flora Talinn fl-ewwel round tal-UEFA Champions League. Hibernians se jilagħbu fil-UEFA Champions League minkejja li temmew fit-tieni post tal-Kampjonat BOV Premier, hekk kif il-UEFA ma ħallitx li Ħamrun jipparteċipaw.

Hibernians jibdew l-esperjenza tagħhom fl-Ewropa barra minn darna, fis-6 jew is-7 ta’ Lulju waqt li r-ritorn jintlagħab f’Malta jintlagħab fit-13 jew l-14 tal-istess xahar.

L-istess tim Estonjan kien lagħab kontra Floriana l-istaġun li għadda fit-tielet round tal-UEFA Europa League, bi Floriana kienu ġew eliminati wara l-għoti tal-penalties.