EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

Ic-champions renjanti favoriti li jibdew b’rebħa

(Ritratt: EPA)

Il-Portugall li fl-aħħar edizzjoni tal-Kampjonati Ewropej kontra kull mistenni kienu rebħu fil-finali kontra Franza, se jkunu favoriti li jibdew b’rebħa hekk kif fl-ewwel partita se jibdew kontra l-inqas tim kwotat fil-kompetizzjoni, l-Ungerija.

L-iskwadra tal-Portugall li hija ffurmata minn bosta player żagħżagħ u anke dawk ta’ esperjenza huma fost il-favoriti li jirbħu wkoll din l-edizzjoni. Il-kowċ Portugiż Fernando Santo jibbaża l-logħob tiegħu fuq il-players offensivi fit-tim, fosthom Crisitiano Ronaldo, Bruno Fernandes u Bernando Silva. Il-kowċ Portugiż mistenni jutilizza sistema tattika ta’ 4-3-3 bid-difiża tkun iffurmata minn Ruben Dias u Jose Fonte, filwaqt li t-tliet players f’nofs il-ground mistennija jkunu Raphael Guerreiro, Bruno Fernandes u Joao Moutinho, bl-attakkant prinċiplai jkun Crisitiano Ronaldo.

L-Ungerija li se jkunu wkoll qed jiddebuttaw f’dawn il-Kampjonati Ewropej, fejn ma setgħux ġew fi grupp aktar diffiċli. It-telfa tal-midfielder prolifiku Dominik Szoboszlai żgur se tkun daqqa ta’ ħarta għat-tim ta’ Marco Rossi. Il-kowċ Taljan se jkun qed jaddotta sistema tattika pjuttost koservattiva ta’ 3-5-2 fejn l-attakkant Adam Szalai u d-difensur Willi Orban se jkunu player strumentali fit-tim.

Dan se jkun l-14-il konfront bejn iż-żewġ nazzjonijiet hekk kif il-Portguall rebħu disa’ darbiet mit-tlettax-il konfront preċidenti.