Lokali

Id-Dumnikan Vince Micallef elett Provinċjal ġdid

Il-Patri Dumnikan Vince Micallef ġie elett Provinċjal ġdid.

Hu twieled il-Belt Valletta fit-2 ta’ Marzu tal-1950 u daħal fl-Ordni Dumnikan fit-8 ta’ Settembru tal-1967, u għamel l-ewwel professjoni reliġjuża fit-22 ta’ Settembru tal-1968, u l-professjoni solenni fl-1971. Ġie ordnat saċerdot fl-20 ta’ Lulju tal-1974.

Fl-1978, huwa mar jingħaqad mal-komunita dumnikana maltija fil-missjoni ġewwa l-
Brażil, fejn qatta’ 30 sena b’xogħol pastorali maż-żgħażagħ u l-koppji.

Lura Malta fl-2010, huwa okkupa l-kariga ta’ viċi kappillan fil-Parroċċa tal-Madonna ta’
Fatima, Gwardamanġa. F’Settembru, 2013, fil-Kapitlu Provinċjali, ġie magħżul vigarju
tal-Provinċjal u kappillan tal-Parroċċa tal-Madonna ta’ Fatima.