Lokali Qorti

Il-Banek irrifjutaw li jiftħu kontijiet lir-ristoranti li huma marbuta ma’ allegat ħasil ta’ flus

Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech li qed tippresiedi l-każ dwar ħasil ta’ flus kontra Florinda Sultana (ritratt) u Albert Buttigieg semgħet lil amministratur maħtur mill-qorti jispjega li bħalissa l-ebda bank lokali ma kien lest li jiftaħ xi kont li jikkawża problemi u dwar allgat ħasil ta’ flus fl-operat tar-ristoranti tagħhom.

Sultana u Buttigieg għaddejjin proċeduri kriminali fuq l-involviment tagħhom f’numru ta’ kumpaniji li joperaw, ir-ristorant Porticello, eks-ristorant Scoglitti fil-Belt Valletta u Capo Mulini f’Marsaxlokk. Iż-żewġ ristoranti huma allegatament involuti f’ħasil ta’ flus marbuta mal-kuntrabandu taż-żejt. I

l-koppja kienet is-suġġett ta’ mandati ta’ tfittxija u ġiet arrestata s-sena l-oħra waqt operazzjoni tal-pulizija fuq skala kbira kontra l-kuntrabandu li wasslet għall-akkużi tal-eks futbolers Darren Debono u Jeffrey Chetcuti, flimkien mal-awditur Chris Baldacchino u n-negozjant tal-fjuwil Gordon Debono.

L-akkużati kollha qed jiċħdu l-akkużi miġjubin kontrihom. L-amministratur inħatar biex jieħu kont ta’ MS1 Catering, il-kumpanija wara ż-żewġ ristoranti. Huwa spjega li bħalissa kienu qed joperaw fuq bażi ta’ flus kontanti biss, peress li l-ebda bank lokali ma jrid ikollu x’jaqsam magħhom.

Huwa talab lill-qorti għal gwida dwar kif jittratta s-sitwazzjoni. “M’hemm l-ebda kont bankarju fuq isem din il-kumpanija f’Malta. L-ebda wieħed mill-banek ma jrid jippermettilhom li jkollhom kont magħhom peress li huma soġġetti għal investigazzjonijiet tal-FIAU u [l-banek] ma jridux problemi.”

L-Avukat Stefano Filletti, filwaqt li rrikonoxxa s-sitwazzjoni, qal li din is-sitwazzjoni kienet parzjalment tort tal-Istat, talli “poġġa lin-nies daharhom mal-ħajt.” “Issa li għamel hekk u sar dak kollu li seta’ biex iwaqqaf l-operazzjonijiet tar-ristoranti, kien qed joħloq ostakli biex jiġu amministrati,” huwa qal.

Il-qorti madankollu osservat ukoll li l-amministratur ma żammx mal-mandat tiegħu u kien ingaġġa persuni biex jassistuh. Dan ma kienx permessibbli għax sempliċement żied l-ispejjeż, qalet il-qorti. Xehdu wkoll tmien membri tal-istaff tar-ristoranti, li rrikonoxxew lil Buttigieg bħala l-kap, għalkemm ma kinux jafu ta’ min kien ir-ristorant.

Qalu li l-ħaddiema jitħallsu permezz ta’ trasferiment bankarju mill-catering Luzzu jew xi drabi, fi flus kontanti. F’seduta preċedenti, espert ieħor maħtur mill-Qorti kien irrapporta li sab madwar 14,000 ritratt minn kamera moħbija fit-tiolets tan-nisa fuq l-apparat elettroniku ta’ Buttigieg.

Dwar dan, il-Qorti rrimarkat li l-kwistjoni kienet irrapportata ħażin mill-midja billi r-ritratti kienu ta’ nies f’toilet imma li ma tressqet l-ebda evidenza biex turi minn liema toilet ittieħdu. Il-każ ikompli fid-19 ta ’Lulju.