It-tieni gowl li kien skorjat minn Patrik Schick ilbieraħ fir-rebħa ta’ 2-0 lir-Repubblika Ċeka kisbu fuq l-Iskozja se jibqa’ mniżżel fl-istorja bħala l-aktar gowl li kien skorjat mill-bogħod f’Kampjonat Ewropew.
Il-gowl ta’ Schick wasal fil-bidu tat-tieni taqsima meta, l-attakkant tar-Repubblika Ċeka lemaħ lill-goalkeeper Skoċċiż barra l-kaxxa u b’xutt minn 45 metru għamel l-iskor 2-0. Dan kien it-tieni gowl ta’ Schick hekk kif fl-ewwel taqsima kien tefa’ liċ-Ċeki fil-vantaġġ b’daqqa ta’ ras tajba.
//= $special ?>