Lokali Parlament

Il-Gvern Laburista injora l-inġustizzja ma’ mijiet ta’ familji li ħadulhom l-art bejn l-1981 u l-1983

Jason Azzopardi, PN

Id-deputat Nazzjonalista Jason Nazzjonalista sostna li l-Gvern Laburista qed jinjora l-inġustizzja li saret mill-Gvern Laburista stess bejn l-1981 u l-1983 fl-artijiet misruqa fl-iskema Home Onwership Scheme.


Fl-Aġġornament tal-parlament Jason Azzopardi qal li bejn l-1981 u l-1983 il-Gvern Laburista kien jieħu art privata bla ħlas, itieha fil-Home Owenship Scheme, tibena dar fuq art iżda l-art tibqa’ mhix imħallsa. Fir-realtà min bena d-dar tiegħu fuq din l-art, ikun bena fuq propjetà li mhix tiegħu u għalhekk id-dar ukoll ma tkunx tiegħu; dan ifisser ukoll li d-dar ma tkunx tista tinbuegħ.

Hu qal li fl-2008 l-Gvern Nazzjonalista kien ħa d-deċiżjoni li kull sena tkun indirizzata żona f’Malta għaliex hawn mijiet ta’ familji li għadhom ma tħallsux tal-art li ħadulhom u mijiet oħra li għadhom jgħixu fi propjetà b’konvenju. Kien biss il-Gvern Nazzjonalista ta’ Lawrence Gonzi li ħa deċiżjoni dwar din l-inġustizzja u ddedika somma ta’ €1 miljun kull sena għal dawn il-każi.

Id-deputat Nazzjonalista qal li bejn l-2009 u l-2012 il-Gvern Nazzjonalista ħallas €5 miljuni lis-sidien tal-art li ttieħdet bejn l-1981 u l-1983 lil familji fir-Rabat fejn in-Nigret, Raħal Ġdid, Santa Luċija, Il-Gudja, Il-Mosta, Burmarrad u Bubaqra fiż-Żurrieq. Hu qal li kien sodisfatt li kien ħa din id-deċiżjoni meta kien responsabbli minn dan is-settur.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-Gvern Laburista għamel biss tmien każi fi tmien snin waqt li Gvern Nazzjonalista kien indirizza madwar 800 familja li ttieħditihom l-art fl-1981 u l-1983.

Jason Azzopardi kompla li l-Gvern Laburista ħallas biss €500,000 lil tmien familji u spjega li kieku l-Gvern Laburista baqa’ għaddej bir-ritmu tal-Gvern Nazzjonalista kieku kien isolvi din il-problema iżda l-Gvern Laburista pprefera jaqdi lis-sidien korrotti tas-SOCAR.