EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

“Is-Sibt tlabt u bkejt bħal miljuni oħra madwar id-dinja”- Jose Mourinho

(Ritratt: EPA)

Il-kowċ ta’ Roma Jose Mourinho qal li wara li ra dak li seħħ lil Chrisitian Eriksen fil-partita tas-Sibt kontra l-Finlandja huwa kien emozzjonat għall-player Daniż fejn talab biex jibqa’ ħaj.

Mourinho qal li huwa sabiħ li tara lil Eriksen f’kundizzjoni tajba u li l-futbol huwa aktar minn sempliċiment logħba fil-ground. Bosta nies minn madwar id-dinja kienu maħsuda b’dak li seħħ lil Christian Eriksen meta ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima kkollassa fejn kellu wkoll il-bżonn tal-assistenza medika.