Lokali Parlament

Il-kannabis rikreazzjonali; Ma nistgħux nilleġiżlaw biex noħolqu pjagi ġodda fis-soċjetà

Stephen Spiteri, PN

Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri appella biex fid-diskusjsoni dwar l-użu tal-kannabis rikreazzjonali, ma jsirux liijiet li joħolqu pjagi ġodda fis-soċjetà.

Fil-parlament dalgħodu Stephen Spiteri tkellem dwar l-effetti tad-droga sistentetika fuq iż-żgħażagħ u l-imħuħ tagħhom. Dawn qed ikunu trattati f’Monte Carmeli li jieħu ħsieb spektrum siħiħ ta’ saħħa mentali iżda mingħajr sitwazzjoni li tagħmel distinzjoni bejn il-ħtiġijiet differenti tal-persuni. Hu enfażizza l-importanza tar-riabilitazzjoni u tkellem dwar l-entitajiet u l-NGOs li jieħdu ħsieb dawn il-persuni. Dawn il-persuni mhux posthom fi sptar iżda fi programm li jwassalhom għall-integrazzjoni fis-soċjetà.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li hu importanti li dawk li jkollhom problemi ta’ droga jkunu identifikati minn kmieni beix ma jkunx hemm konsegwenzi iktar gravi fuq l-istess persuna u l-familji tagħhom.

Għalhekk il-PN jememn fid-dikriminalizzazzjoni biex dawk li jużaw id-droga ma jmorrux il-ħabs, sostna Stephen Spiteri, li kompla li hemm provi ċari fil-mediċina li bl-użu eċċessiv tal-kannabis issir ħsara. Għalhekk jeħtieġ diskussjonijiet mal-partijiet kollha biex jinstab bilanċ.

Il-PN diġà ivvota favur l-użu mediċinali tal-kannabis u għad-dekriminalizzazzjoni ta’ dawk li jinqabdu b’ammonti żgħar ta’ kannabis iżda jrid ikun serju meta jiddiskuti livelli oħra ta’ din id-droga.

Stephen Spiteri kompla li s-sustanzi li jagħmlu ħsara u għalhekk m’għandhomx isiru liġijiet li joħolqu pjagi ġodda fis-soċjetà. Hu tratta l-alkoħol u t-tabakk u qal li dawn joħolqu ħsara kbira mill-aspett mediku fuq il-persuni li jabbużaw. Jeħtieġ li l-politiċi jisimgħu minn dawk li qed jagħtu l-parir ġenwini; fuq kollox l-esperti li għandhom ix-xjenza tikkonferma l-pożizzjoni tagħhom, sostna Stephen Spiteri