Lokali Parlament

Il-PL ried iktar art tiddaħħal fl-iskemi ta’ żvilupp fl-2006

Joe Ellis, PN

Id-deputat Nazzjonalista Joe Ellis sostna li filwaqt li l-Gvern Laburista llum jikkritika bil-qawwi l-iskema ta’ razzjonalizzazzjoni tal-2006, fil-fatt il-PL dak iż-żmien ried li tiddaħħal iktar art f’din l-iskema.

Fil-parlament dalgħodu Joe Ellis qal li fi tmien snin il-Gvern kellu diversi opportunitajiet biex jirrimedja n-nuqqasijiet li saru taħt Gvern Nazzjonalista. Hu fakkar kif fi żmien Gvern Laburista kien il-ministru li kien japprova l-permess u spjega kif kien Gvern Nazzjonalista li wara sentejn għamel ir-riformi neċessarji. Wara, twaqqfet l-Awtorità tal-Ippjanar u sar Pjan ta’ Struttura li fih policies dettaljati dwar kif isir l-iżvilupp fil-pajjiż.

Joe Ellis kompla li l-Pjan ta’ Struttura ma ssaħħaħx mill-Gvern Laburista iżda kien mibdul mill-ISPED li hu dokument ta’ 37 paġna meta qabel id-dokument tal-Pjan Struttura li kien ta’ 116 paġna; impossibbli li fi 37 paġna jiddaħħlu l-policies kollha.

Hu sostna li l-poplu hu nkwetat bil-mod kif qed jinbidlu l-karattri l-irħula; kien għalhekk li s-sindki Għawdxin tkellmu dwar dak li qed iseħħ. Kienu l-policies ambjentali kienu segwiti ma kienux isiru ċertu binijiet li qed isiru.

Joe Ellis qal li kieku kien għall-PL, l-iskemi ta’ razzjonalizzazzjoni kienu jkunu ferm ikbar minn dawk li kienu fl-2006 minħabba l ż-żoni li ried il-PL dak iż-żmien biex isiru fabbrikabbli kienu ferm ikbar. Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-AP abdikat mir-responsabbiltà tagħha biex tagħmel l-iskema fit-territorji fosthom li tagħmel it-toroq u ħalliet f’idejn il-propjetarji.

L-ippjanar ma jsirx hekk, sostna Joe Ellis, li kompla li l-ippjanar għandu jsir skont l-esiġenzi ekonomiċi tal-pajjiż. Il-proċess tal-ippjanar għandu jkun hemm jista’ jkun ‘il bogħod mill-aspetti politiċi iżda għandu jsir fl-aħjar interessi tal-pajjiż.