Lokali

Il-President ta’ Malta jfaħħar ix-xogħol imprezzabbli tad-Dwana

“Ix-xogħol tagħkom huwa imprezzabbli biex jiġi infurzat il-kummerċ leġittimu u biex tiġi żgurata sistema fiskali b’saħħitha u ekwa.”

Hekk stqarr il-President ta’ Malta, George Vella waqt iż-żjara li għamel lill-ufficjali tad-Dwana fil-Port Ħieles fejn saħaq li l-ħaddiema kollha fil-Faċilità tal-Iskennjar fi ħdan it-Taqsima tal-Monitoraġġ tal-Kontejners tad-Dipartiment huma dawk li qed isaħħu il-prinċipji tal-legalità, trasparenza u kontabilità. Jassistu lil dawn l-ufficjali hemm ukoll kliem imharrga.

Il-President ġie mdawwar mal-faċilità u tlaqqa’ mal-impjegati mid-Direttur Ġenerali tad-Dwana, Joseph Chetcuti.

Din iż-żjara saret wara l-qabda rekord riċenti ta’ kokaina, li ma setgħetx tkun possibli mingħajr l- eżerċizzju li wassal għal pjan; b’objettivi ambizzjużi skont il-viżjoni tagħha u investiment f’apparat u tagħlim għal dawk li jagħtu servizz f’dan id-dipartiment.

Il-President faħħar ukoll lid-Dipartiment tad-Dwana għal kif jirrappreżenta u jiddefendi l-prijoritajiet ta’ Malta fil-livell internazzjonali… dipartiment li jaffaċja diversi sfidi li qatt ma jistgħu jiġu megħluba minn pajjiż wieħed.

Ritratti u filmati: OPR