Futbol Sport

Il-President tal-FIFA Gianni Infantino f’Malta nhar il-Ġimgħa

Il-President tal-FIFA Gianni Infantino se jkun qed iżur pajjiżna nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Ġunju. Il-President tal-FIFA laqgħa l-istedina tal-President tal-MFA Bjorn Vassallo għal-laqgħat bilaterali u diskussjonijiet fuq l-iżvilupp tal-futbol f’Malta.

Matul iż-żjara tiegħu, Infantino se jkun qed jinawgura il-Mużew tal-Futbol Malti, fil-Millenium Stand fin-National Stadium. Il-President tal-MFA qal li bi pjaċir se jkun qed jilaq’ l-President tal-FIFA għal taħdiet importanti filwaqt li semma l-importanza li għandu l-Mużew tal-Futbol Malti f’pajjiżna, li jagħti rikonoxximent lil dawk il-plejers, coaches u uffiċjali li taw kontribut lill-futbol Malti.

L-inawgurazzjoni tal-Mużew se tkun qed tikkonkludi wkoll iċ-ċelebrazzjoni tal-120 sena anniversarju minn meta twaqqfet l-MFA, li kienu mtappna bil-Covid 19.

Bjorn Vassallo tenna li din iż-żjara mill-President tal-FIFA hija prova tar-relazzjonijiet tajbin li tgawdi l-MFA mal-għola istituzzjonijiet tal-futbol, b’dawn it-taħdiet mistennija jkomplu jsaħħu r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ partijiet.