EURO 2020 Gruppi Sport

Il-UEFA qed tinvestiga lil Marko Arnautovic

(Ritratt: EPA)

Il-UEFA qed tinvestiga lill-attakkant tal-Awstrija Marko għal kummenti razzjali li allegatament qal waqt il-partita kontra l-Maċedonja ta’ Fuq, fil-Euro 2020. Arnautovic beda l-partita fuq il-bank tas-sostituti, fejn daħal u skorja t-tielet gowl Awstrijakk fir-rabħa ta’ 3-1.

Madanakollu, Arnautovic deher viżibilment irrabjat waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-gowl fejn qed jiġi allegat li għadda xi kummenti razzisti fil-konfront tal-partitarji Maċedonjani. Filfatt, l-għada, fuq Instagram, Arnautovic talab skuża jekk offenda lil xi ħadda, filwaqt li tenna li hu m’huwiex bniedem razzist.