Fortunatament, għat-tieni jum f’ġimgħa pajjiżna ma rreġistra l-ebda każ pożittiv tal-COVID-19. Dan filwaqt li fl-aħħar 24 siegħa fiequ tliet persuni oħra.
Dan ħareġ mill-bulettin tas-Saħħa Pubblika fejn fid-dawl li l-ebda mwiet ma kien hawn fl-aħħar sigħat, il-każi attivi komplew niżlin biex b’hekk sa llum għandna 51 każ attiv.
Sal-bieraħ, 265,090 persuna huma mlaqqma b’mod sħiħ bil-vaċċin għall-kontra l-COVID-19.
//= $special ?>