Coronavirus Kultura Lokali

Jerġa’ jitħassar il-Festival tal-Birra

Wara l-aħbarijiet li ħareġ il-Gvern il-ġimgħa li għaddiet dwar l-organizzazzjoni tal-avvenimenti tal-massa għal matul dan is-Sajf, tħabbar illi l-Farsons Beer Festival ta’ din is-sena se jitħassar ukoll.

Din hi t-tieni edizzjoni tal-Farsons Beer Festival li mhix se ssir minn meta beda jittella’ dan il-Festival fl-1981. Konvinti li dan hu ta’ diżappunt għall-kru, l-imsieħba, l-artisti, il-bejjiegħa u l-isponsors kollha tagħna li jaħdmu ħafna biex dan l-avveniment jibqa’ jikseb is-suċċess li għandu, kif ukoll għall-eluf ta’ nies leali lejn il-Fesival tal-Birra.

L-organizzaturi qalu li jinsabu ħerqanin għall-40 edizzjoni tal-Farsons Beer Festival fl-2022, bil-ħsieb li jittella’ mill-Ħamis 28 ta’ Lulju sas-Sibt 6 ta’ Awwissu.