Fil-partita bejn l-Ungerija u l-Portugall rajna l-Puskas Arena mimlija bin-nies fejn aktar minn 60,000 partitarju attendew għall-ewwel partita minn Grupp F li ntlagħbet f’Budapest.
Fl-aħħar xahar madwar l-Ewropa bdejna naraw il-partitarji jirritornaw fl-istadium f’persentaġġi żgħar iżda llum waqt din il-partita għall-ewwel darba f’aktar minn sena u tliet xhur rajna stadium mimli bin-nies. Jidher li fil-ġimgħat li ġejjin xi stadiums oħra li qed jintużaw għall-Euro 2020 ukoll se jkunu qed iżidu fil-kapaċita ta’ kemm jilqgħu partitarji.
Fl-Ungerija sal-11 ta’ Ġunju kienu tlaqqmu aktar minn 5 miljun persuna minn poplazzjoni ta’ kważi 10 miljuni, bil-partitarji kollha li attendew din il-partita kellhom jippreżentaw iċ-ċertifikat jew test negattiv tal-Covid-19 sa 72 siegħa qabel il-partita.
//= $special ?>