Futbol Sport

Magħrufa wkoll l-avversarji ta’ Birkirkara, Gżira u Mosta fil-UEFA Conference League

Fl-aħħar minuti ġew ukoll ikkonfermati l-avversarji ta’ Birkirkara u Gżira fil-UEFA Conference League. L-avversarji ta’ Birkirkara se jkun it-tim La Fiorita minn San Marino, fl-ewwel rounf ta’ kwalifikazzjoni għall-Conference League. L-ewwel leg se jintlagħab f’San Marino nhar il-Ħamis, 8 ta’ Lulju, filwaqt l-leg ta’ ritorn f’Malta se jintlagħab il-Ħamis, 15 ta’ Lulju.

Sar ukoll magħruf l-avversarji ta’ Gżira United li huma Unio Esportiva Sant Julia mill-Andorra, bil-partiti se jintlagħbu fit-8 u fil-15 ta’ Lulju wkoll. Gżira iltaqħu ma’ dan it-tim erba’ snin ilu, bi Gżira jkunu dawk li jirnexxielhom jikkwalfikaw.

Min-naħa l-oħra Mosta se jkunu qed jaffrontaw lit-tim Slovakk FC Spartak Trnava u se jkunu qed jibdew l-avventura Ewropeja barra minn darhom fis-Slovakkja.