Lokali Parlament

Malta ġibtuha ġungla

Ivan Bartolo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo kkritika lill-Gvern Laburista u sostna li l-Gvern ġab Malta ġungla.

Fl-Aġġornament tal-parlament tal-lum Ivan Bartolo qal li l-PL jgħid li l-poplu ma jinteressaħx mill-korruzzjoni u mill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia iżda jinteressah biss mill-but. Hu qal li l-bwiet imtlew iżda mhux ta’ kulħadd u kompla li min hu ta’ rieda tajba ma jirraġunax b’dan il-mod u ma jridux ikunu kompliċi ma’ dan ir-raġunar.

Il-Knisja wkoll hi obbligata titkellem fejn tara li m’hemmx is-sewwa u m’għandhiex tiskot għax kienet restarwata niċċa tar-Redentur. Hu appella lis-saċerdoti biex ma jagħalqux għajnejhom quddiem dan kollu li qed iseħħ fil-pajjiż għax l-għamad u s-skiet isaħħaħ lill-Gvern.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-esponenti tal-gvern joffendu lid-deputati li jaqdu dmirhom fosthom lid-deputati Jason Azzopardi u David Thake. Hu sostna li l-Gvern jgħajjar traditur lill-MEPs Nazzjonalisti; li anki kienu mgħajjra miżbla minn ex imħallef.

Ivan Bartolo qal li anki fil-mistoqsijiet prlamentari, il-ministri tal-gvern qed ikunu arroganti; “Malta ġabuha ġungla”. Hu sostna li l-awtoritjiet qed jieħdu passi fuq iż-żgħar iżda mhux fuq il-kbar partikolarment fil-kostruzzjoni. Fil-faqar inħolqu konuslenti bil-paga dwar il-faqar iżda l-faqar kompla jikber.

Hu tkellem dwar il-PBS u qal li dan ixandar biss dak li jrid il-Gvern Laburista waqt li fid-djar il-Gvern ma solviex il-problemi tal-familji li l-Gvern Laburista ħadilhom l-art bejn l-1981 u l-1983. Dwar dawn il-każi, bejn l-2009 u l-2012 Gvern Nazzjonalista ħallas €5 miljuni lis-sidien misruqa li minnhom ibbenefikaw madwar 800 familja iżda fl-aħħar tmien snin Gvern Laburista nefaq biss €500,000 għal tmien familji.

Dan filwaqt li l-Ombudmsan iddikjara li l-proċess għall-għola tliet karigi fil-Korp tal-Pulizija kien paradoja waqt li fil-ħabs jeżisti s-siġġu tal-kastig.

Ivan Bartolo qal li l-kejl għan-nies saru l-flus u l-promozzjonijiet iżda appella lin-nies biex jużaw il-voti b’mod għaqli biex jintbagħat messaġġ u ma jkunux imbierka l-qerq, il-manipulazzjoni, ix-xiri tal-voti, is-serq, il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u l-inġustizzji.