Minn nhar il-Ħamis, dawk il-persuni li se jiġu mill-Iżrael u 40 stati Amerikani mhux se jkollhom għalfejn joqgħodu perjodu fi kwarantina hekk kif Malta niżżlithom fuq il-lista oranġjo.
Madanakollu, wieħed xorta se jkollu jipprovdi PCR test negattiv li ma jkunx sar iktar minn 72 siegħa qabel ma jasal f’pajjiżna. Jekk wieħed ikun imlaqqam b’mod sħiħ, din il-proċedura m’hemmx għalfejn issir.
Dan it-tibdil iffisser l-ewwel darba li wieħed seta’ jidħol f’pajjiżna minn dawn il-pajjiżi minn meta l-pandemija kienet laqtet lil Malta f’Marzu tas-sena l-oħra.
Fost il-pajjiżi tal-40 stati Amerikani hemm Washington, Louisiana, California u New York.
//= $special ?>