EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

Marcus Berg fil-mira ta’ attakki personali fuq il-midja soċjali

(Ritratt: EPA)

L-attakkant Żvediż Marcus Berg kien fil-mira ta’ bosta attakki personali fuq il-midja soċjali wara li lbieraħ fil-partita kontra Spanja falla ċans tad-deheb minn quddiem il-lasta.

Dawn l-attakki għaddew għand il-pulizija sabiex ikunu nvestigati bil-Kap tas-Sigurtà tat-tim Żvediż jgħid li Berg jinsab tajjeb wara li tkellem miegħu dwar dawn l-attakki. Numru ta’ players tal-Iżvezja wrew l-appoġġ tagħhom lejn seħibhom fit-tim fosthom il-goalkeeper Robin Olse u d-difensur Andreas Granqvist.