Lokali

“Nemmnu li n-negozji Maltin jixraqilhom aħjar” – Bernard Grech

L-interess tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin għandhom jingħataw l-importanza li jixraqilhom għaliex kemm negozji kbar kif ukoll żgħar iridu jagħtu sehemhom biex ir-rota ekonomika tal-pajjiż iddur.

Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt żjara li għamel fil-fabbrika artiġġjanali f’Ta’ Qali fejn saħaq li l-Partit lest ikun it-tarka ta’ dawn il-ħaddiema.

Bernard Grech saħaq li n-negozji Maltin u Għawdxin jeħtiġilhom sistema ta’ tassazzjoni li tkun realment ġusta – mibnija fuq prinċipji li jsaħħu lill-intrapriżi, sabiex jiżdied l-investiment fl-impjegati.

Matul din iż-żjara Bernard Grech tkellem ma’ diversi ħaddiema fejn ra x’jirrekjedi ix-xogħol artistiku f’dan is-settur, b’talent imprezzabli u tradizzjoni li timxi minn ġenerazzjoni għall-oħra. Huwa saħaq li mhux biss għandna nħarsu lejn investiment fis-sod iżda ankè viżjoni fit-tul.

Dan filwaqt li bosta tkellmu mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista partikolarment dwar l-isfidi li spiċċaw iħabbtu wiċċhom fl-aħħar sena u nofs, u x’hemm bżonn għat-triq ‘il quddiem, sabiex il-ħaddiem Malti tassew ikun rispettat u mgħoti dak kollu li jixraqlu.