EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

Opinjoni | Il-fattur ambjent

(Ritratt: EPA)

Charles Camenzuli

Għall-ewwel darba mill-1960 il-Kampjonat tal-Ewropa – EURO 2020 se tkun qed jintlgħab fi ħdax-il belt madwar l-Ewropa . Bosta mill-24 pajjiż li qed jikkompetu għal kuntrarju ta’ edizzjonijiet imgħoddija mhux se jkollhom pajjiż wieħed bħala bażi .

Dan ifisser li bosta se jkunu kostretti jivvjaġġaw minn partita għal oħra . Fattur li jgħodd wkoll għal dawk il-partitarji li jridu jsegwu mill-qrib it-tim ta’ pajjiżhom.

Eżempju ċar huwa marbut ma’ Estadio La Catuja de Sevilla li huwa wieħed mill-istadiums li fiħ Spanja ser tilgħab fi Grupp E. X’inhu l-argument ? Bid-dinja kollha qed titkellem fuq it-tibdil fil-klima, dan il-fatt żgur se jkun qed iħalli impatt fuq il-klima minħabba li t-timijiet li se jikkompetu se jkollhom jagħmlu numru ta’ vjaġġi. Hawn jidħol Estadio La Catuja de Sevilla fejn l-itwal distanza hija dik ta’ 4,766 kilometru minn Seville sa Baku .

L-istess Euro 2020 huwa vjaġġ madwar l-Ewropa għall-partitarji biex isegwu lit-timijiet rispettivi. Partitarju tal-Iżvizzera huwa stmat li se jkun qed jagħmel 20,377 kilometru biex isegwi t-tliet partiti tal-grupp tal-Iżvizzera li se jilagħbu f’Baku, Ruma u Amsterdam.

Esperti fil-qasam tat-tibdil fil-klima rrimarkaw il-bżonn li jitnaqqas l-ivjaġġar minħabba l-ħsara ambjentali li dan jagħmel hekk kif huwa meqjus bħala wieħed mill-fatturi ewlenin li qed iwassal għat-tibdil fil-klima. Andrew Simms li huwa ko-ordinatur tar-Rapid Transition Alliance u ko-direttur fin-New Weather Institute, qal li l-mod kif il-UEFA ddeċidiet li torganizza dan it-tournament jikkontradixxi l-fatt ta’ dawk li qed jipprovaw inaqssu l-impatt negattiv fuq l-ambjent.