Coronavirus Ekonomija Lokali

“Qed isiru affarijiet kontra l-loġika” – Ira Losco qed tipproponi ftuħ b’kawtela minn nofs Ġunju

...sa massimu ta' 300 persuna

“Dak li tħabbar il-ġimgħa li għaddiet huwa illoġiku. Ir-restrizzjonijiet kellhom jibdew jitneħħew b’kawtela minn nofs dan ix-xahar”

Hekk qalet il-kantanta Ira Losco f’messaġġ fuq il-media soċjali fejn appellat għal pjan ta’ azzjoni biex bil-mod il-mod jitneħħew ir-restrizzjonijiet tal-Covid-19.

Ira Losco tgħid li hemm bżonn ftuħ b’kawtela minn nofs Ġunju. U tinsisti li mhux loġiku li qed titħaddem sistema mod f’tieġ, imbgħad tintuża sistema mod ieħor għal attivitajiet oħrajn.

Il-kantanta taqbel mal-massimu ta’ 300 persuna, iżda tinsisti li hemm bżonn pjan ċar.

“Aħna ma rridux eluf ta’ nies. Irridu events ikkontrollati”, qalet Ira Losco. “Aħna irridu ftuħ ta’ 25% occupancy tal-post fejn ikun qed isir l-avveniment, sa massimu ta’ 300 persuna bħat-tiġijiet”.