Lokali

Tikkunsmax dawn il-prodotti jekk int allerġiku jew intolleranti għall-ħalib

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qed javża lill-pubbliku biex ma jikkunsmax uħud mill-prodotti tad-ditta Eat Real minn persuni allerġiċi jew intolleranti għall-ħalib għax jista’ jkun fihom traċċi tal-ħalib.

Dawn huma l-isem tal-prodotti li nstab il-ħalib fihom li għandhom il-piż ta’ 113 gramma bid-dati ta’ durabbiltà huma sa u inkluż l-aħħar ta’ Mejju 2022:

  1. Quinoa Corn Puffs White Cheddar
  2. Quinoa Corn Puffs Jalapeno and Cheddar
  3. Quinoa & Kale Corn Puffs White Cheddar
  4. Quinoa Corn Puffs Mediterranean

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq mhi@gov.mt.