Futbol Sport

Vargas jikseb id-draw għaċ-Ċili wara l-gowl spettakolari ta’ Messi

(Ritratt: EPA)

Fil-Copa America, f’Estadio Nilton Santos fil-Brażil, l-Arġentina u iċ-Ċili temmew fi draw ta’ 1-1. L-Arġentina marru fil-vantaġġ fit-33 minuta meta l-istilla Arġentin Lionel Messi bi freekick spettakolari għeleb lil Claudio Bravo għal 1-0. Madanakollu, Eduardo Vargas kiseb id-draw għaċ-Ċili fit-58 minuta meta kkonkluda ġewwa mill-viċin, wara li l-penalty ta’ Arturo Vidal kien salvat tajjeb mill-goalkeeper Arġentin Emiliano Martinez.

Minkejja l-bravuri ta’ Messi, fejn ħoloq ċans wara l-ieħor, sħabu naqqsu milli japprofittaw mill-opportunitajiet tagħhom, biex b’hekk l-Arġentina kisbu t-tieni draw tagħhom, wara dak ta’ kontra l-Kolombja.

COPA AMERICA : Arġentina v Ċili 1-1, Paragwaj v Bolivja 3-1