Żewġ timijiet li normalment jiltaqgħu kontra xulxin fl-aħħar ta’ xi kompetizzjoni, Franza u l-Ġermanja llum se jkunu qed jilgħabu kontra xulxin f’partita mill-fażi tal-gruppi fejn flimkien mal-Portugall u l-Ungerija jinsabu fi Grupp F tal-Euro 2020, dak li huwa meqjus bħala l-grupp tal-mewt.
Franza li huma r-rebbieħa tal-aħħar Tazza tad-Dinja u l-Portugall li huma r-rebbieħa tal-aħħar edizzjoni tal-Kampjonati Ewropej se jkunu fost il-favoriti li jikkwalifikaw iżda l-Ġermanja anke minħabba l-iskwadra li għandhom se jagħtu sfida liż-żewġ timijiet.
Didier Deschamps se jkun qed jittama li l-attakkant Karim Benzema jirkupra fil-ħin għal din il-partita hekk kif sofra injury fl-aħħar partita ta’ ħbiberija kontra l-Bulgarija. Bil-kowċ Franċiż mistenni jadotta formazzjoni tattitka ta’ 4-3-3, it-tim li hu kollu mimli stilel se jkun ibbażat fuq it-tliet midfielders, N’Golo Kante, Paul Pogba u se tkun ġlieda bejn Corentin Tolisso u Moussa Sissoko.
Il-Ġermanja minn naħa l-oħra mistennija jilgħabu b’sistema tattika ta’ 4-2-3-1, bil-kowċ Ġermaniż Joachim Low jidher li se jibda b’attakkant irtirat minflok Timo Werner, fejn mistenni jilgħab f’dan l-irwol Thomas Mueller.
Fil-passat, iż-żewġ nazzjonijiet ltqagħu 31 darba fejn il-Ġermanja rebħu 14-il partita filwaqt li Franza rebħu 10 partiti.
//= $special ?>