Lokali

80 immigrant ieħor jinsabu fl-ibħra Maltin

L-NGO Alarm Phone permezz ta’ Tweet qalet li grupp ta’ 80 persuna, jinsabu f’riskju fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ Maltija.

Fil-post inqatl li l-immigranti qalu wkoll li jinsabu għajjenin u li għandhom bżonn post sigur biex jistrieħu.

Il-Ħadd daħlu Malta bejn 85 u 90 immigrant, u fl-ewwel jiem ta’ Mejju nġiebu kważi 70 immigrant.

Bħalissa, il-baħar l-Mediterran qed jaffaċċja mewġa wara l-oħra ta’ vjaġġi klandestini, b’mijiet jaslu fit-territorju Taljan. Qed ikun imbassar li dawn il-wasliet se jissoktaw fil-ġranet li ġejjin, bil-pressjoni tkompli tikber anki fuq il-Gvern Malti.