EURO 2020 Gruppi Sport

Arnautovic sospiż mill-UEFA għall-partita kontra l-Olanda

L-attakkant Awstrijakk Marko Arnautovic ġie sospiż partita wara l-UEFA sabitu ħati li għajjar plejers tal-Maċendonja, wara l-gowl li skorja kontrijhom.

Il-UEFA issospendit lil Arnautovic għall-partita waħda biex b’hekk se jkun qed jitlef il-konfront importanti kontra l-Olanda.

Sadanittant wara l-inċident Arnautovic skuża ruħu b’messaġ fuq instagram fejn qal li hu kontra kull forma ta’ razziżmu, filwaqt li saħaq li hu m’huwiex bniedem razzist.

L-Awstrija għelbu lil Maċedonja bl-iskor ta’ 3-1, b’Arnautovic jibda bħala sostitut, fejn kien introdott fil-partita fit-tieni taqsima.