Lokali

COVID-19: 3 każi ġodda, ifiqu 9

3 każi ġodda ta’ COVID-19. Ifiqu 9 persuni. Ebda fatalità.

Huwa dan l-aħħar aġġornament tas-sitwazzjoni tal-Coronavirus f’pajjiżna hekk kif fl-aħħar 24 siegħa pajjiżna rreġistra 3 każi ġodda ta’ COVID-19 filwaqt li fiequ 9 persuni biex b’hekk il-każi attivi issa niżlu għal 45. Dawn iċ-ċifri ħarġu minn fost 1,798 swab test.

Fortunatament, ma kienet reġistrata ebda fatalità tal-Coronavirus f’Malta u f’Għawdex biex b’hekk it-total ta’ mwiet baqa’ 419.