Esebizzjoni mill-isbaħ fl-ITS – arti bil-butir u ċ-ċikkulata – statwi 3D magħmula mill-istudenti tal-Baking & Pastry – Hija din l-esebizzjoni li tellgħu numru ta’ studenti tal-ITS fil-Campus ta’ Ħal Luqa… esebizzjoni li hija miftuħa għall-pubbliku.
Waqt zjara li għamilna fl-ITS, il-crew ta’ Net News seta’ josserva id-dettall u x-xogħol li fiha kull skultura u t-talent evidenti ta’ dawn l-istudenti.
Tkellimna ma’ Andrew Farrugia, Senior Lecturer fl-ITS. Hu spjegalna kif dan ix-xogħol jieħu sigħat twal ta’ preparazzjoni u ħidma biex il-prodott jieħu l-qagħda li tistgħu taraw f’dawn il-filmati. Ħadna wkoll l-kummenti ta’ Zach Caruana, wieħed mill-istudenti tal-ITS li ħa sehem f’din l-esebizzjoni. Zach spjegalna x’jixtieq jagħmel fil-futur permezz ta’ din il-karriera.
Din l-esebizzjoni ser tibqa’ miftuħa għall-pubbliku sat-2 ta’ Lulju, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mid-9am sa n-12:30pm, fil-Campus tal-ITS f’Ħal Luqa.









