EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

EURO 2020 | Grupp A : Italja 3 – 0 Żvizzera

L-Italja jikkwalifikaw għall-fażi tal-aħħar sittax tal-Euro 2020

Fl-ewwel taqsima l-Italja għal darb’oħra reġgħu ħarġu bi grinta u inizjattiva biex fi Stadio Olimpico jerġgħu jiksbu t-tliet punti. L-Italja ħasbu li marru fil-vantaġġ fit-18-il minuta meta minn corner minn fuq il-lemin, il-veteran Giorgio Chiellini niżżel tajjeb skorja mill-viċin. Madanakollu, wara konsultazzjoni mal-VAR, il-gowl ma ngħatax minħabba li Chiellini żamm il-ballun b’idu fl-azzjoni tal-gowl. Iżda fil-25 minuta l-Italja fetħu l-iskor meta minn azzjoni personali ta’ Domenico Berardi, qassam tajjeb lil Manuel Locatelli li f’last vojta tefa’ ġewwa għal 1-0.

Fit-tieni taqsima l-andament tal-partita baqa’ dak li kien fl-ewwel taqsima bl-italja jikkontrolloaw il-pusses tal-ballun, Biex proprju fit-52 minuta l-Italja skorjaw it-tieni gowl meta għal darb’oħra reġa kien Manuel Locatelli li fuq pass ta’ Nicola Barella, tefa għeleb lil Sommer għal 2-0. Ciro Immobile skorja it-tielet gowl fit-88 minuta għal skor finali ta’ 3-0.

L-ewwel ħdax inizjali għall-partita bejn l-Italja u l-Iżvizzera huma dawn :

Italja : G.Donnarumma, G.Di Lorenzo, L.Bonucci, G.Chiellini, L.Spinazzola, N.Barella, Jorginho, M.Locatelli, F.Berardi, C.Immobile, L.Insigne

Żvizzera : Y.Sommer, N.Elvedi, F.Schar, M.Akanji, G.Xhaka, R.Freuler, K.Mbabu, R.Rodriguez, X.Shaqiri, H.Seferovic, B.Embolo

Referee : S.Karasev

Assistenti Referees : I.Demeshko, M.Gavrilin