Tasal l-ewwel rebħa ta’ Wales fil-Euro 2020 | It-Turkija jerġgħu jiddiżappuntaw
Wara taqsima bilanċjata, b’Wales ikun l-aktar tim fuq l-offensiva u li ħoloq periklu lejn il-lasti avversarji, kien fit-42 minuta li fetħu l-iskor meta minn pass mill-isbaħ ta’ Gareth Bale, kien il-midfielder Aaron Ramsey li b’mod tajjeb niżżel il-ballun u xeħet wara l-goalkeeper Tork għal 1-0. Aaron Ramsey kellu okkażjonijiet oħra ta’ skor fl-ewwel taqsima, liema tentattivi kienu salvati tajjeb minn Ugurcan Cakir.
Fit-tieni taqsima Wales baqgħu fuq l-offensiva u ngħataw penalty fil-61 minuta meta Mehmet Zeki waqqa’ lil Bale fil-kaxxa, bl-istess Bale minn ħdax-il metru xeħet għoli mil-lasti ta’ Cakir. It-Turkija kellhom l-aħjar ċans għalihom fis-87 minuta meta l-goalkeeper ta’ Wales salva tajjeb id-daqqa ta’ ras ta’ Merih Demiral. Wales għalqu l-partita fl-94 minuta meta warar azzjoni personali ta’ Gareth Bale, kien Conor Roberts li mill-viċin tef’a ġewwa għal 2-0.
Turkija: U. Cakir, Z. Celik, K. Ayhan, C. Soyuncu, U. Meras, O. Yokuslu, H. Calhanoglu, O. Tufan, C. Under, K. Karaman, B. Yilmas
Wales: D. Ward, C. Roberts, C. Mepham, J. Rodon, B. Dvies, J. Morrell, J. Allen, G. Bale, A. Ramsey, D. James, K. Moore
Referee: A. Dias
Assitenti referees: R. Tavares, P. Soares
//= $special ?>