Rebħa minima għar-Russja
Ir-Russja kisbu rebħa importanti ta’ 1-0 fuq il-Fillandja biex b’hekk se tkun l-aħħar ġurnata f’dan il-grupp li tidditermina min se jkun qed jikseb kwalifikazzjoni hekk kif fil-partita li tintlagħab llum jilagħbu d-Danimarka kontra l-Belġju.
Fl-ewwel taqsima il-logħob kien bilanċjat bil-Finlandja jkollhom gowl mħassar għall-offside fl-ewwel minuti. Iżda r-Russi komplew jitjiebu matul it-taqsima sakemm fil-ħin mogħti żejjed tal-ewwel taqsima marru fil-vantaġġ permezz ta’ Aleksey Miranchuk, meta b’xutt bid-dawra tefa’ fl-anglu tal-lasta għal 1-0.
It-tieni taqsima kienet iddominata mit-tim Russu fejn fis-66 minuta kien Rifat Zhemaletdinov li falla opportunità tad-deheb li jirdoppja. Fis-70 minuta, l-Finlandja ferm viċin li jġibu l-iskor indaqs meta minn cross tajjeb ta’ Daniel O’Shaughnessy ma kien hemm l-ebda player minn sħabu biex jixħet ġewwa mill-viċin. Bil-partita tnaqqas xi ftit mir-ritmu kienu r-Russja li kkontrollaw bl-aħjar mod l-aħħar ħinijiet biex b’hekk ikkonfermaw rebħa ta’ 1-0.
L-ewwel ħdax inizjali għall-partita bejn il-Fillandja u r-Russja huma dawn:
Finlandja: L.Hradecky, J.Toivio (F. Jensen 85’), P.Arajuri, D.O’Shaughnessy, R.Schuller (J. Kauko 67’), G. Kamara, R.Lod, J.Uronen, J.Raitala (P. Soiri 75’), T.Pukki (L. Lappalainen 76’), J.Pohjanpalo
Russja: M.Safonov, D.Kuzyaev, G.Dzhikiya, I.Diveev, M.Fernandes (V. Karavaev 26’), R.Zobnin, D.Barinov, M.Ozdoev (R. Zhemaletdinov 61’), A.Golovkin, A.Micanchuk (M. Mukhin 85’), A.Dzyuba (A. Sobolev 85’)
Referee: D.Makkelie
Assistenti Referees : H.Seegstra, J. de Vries
//= $special ?>