Lokali

Fil-periklu tal-mewt wara inċident bil-mutur

Raġel ta’ 25 sena residenti San Pawl il-Baħar jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident tat-traffiku fil-Qawra.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-18.30 tat-Tlieta fi Triq il-Merluzz.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Yaris misjuqa minn mara ta’ 22 sena, residenti Marsaxlokk u mutur tat-tip SYM Symphony, li kien qed jinstaq mill-vittma.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza u ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Donatella Frendo Dimech ġiet infurmata bil-każ u ħatret
inkjesta.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ikkummenta