Futbol Sport

Ikkonfermati l-ġranet ta’ meta t-timijiet Maltin se jkunu qed jilagħbu fl-Ewropa

Ġew ikkonfermati d-dati ta’ meta t-timijiet Maltin, jiġifieri Hibernians, Gżira United, Birkirkara u Mosta se jkunu qed jilagħbu fil-kompetizzjonijiet Ewropej li se jibdew ix-xahar li ġej. Il-partiti kollha tat-timijiet Maltin se jkunu qed jintlagħbu fis-Centenary Stadium.

Il-partiti tat-timijiet Maltin huma: 6 ta’ Lulju: Mosta v Spartak Trnava, Flora Tallinn v Hibernians 8 ta’ Lulju: Birkirkara v La Fiorita 1967, UE Sant Julia v Gżira United, 13 ta’ Lulju: Hibernians v Flora Talinn, 15 ta’ Lulju: Gżira United v UE Sant Julia, Spartak Trnava v Mosta, La Fiorita 1967 v Birkirkara