EURO 2020 Gruppi Sport

Il-Belġju se jitfgħu l-ballun barra fl-10 minuta b’turija ta’ rispett lejn Eriksen

Waqt l-indirizz lill-media qabel il-partita ta’ għada kontra d-Danimarka, l-attakkant Belġjan Romelu Lukaku qal li l-Belġju se jkunu qed jarmu l-ballun barra fl-10 minuta tal-partita, bħala turija ta’ rispett u sapport lejn Christian Eriksen, segwita minn minuta ta’ applaws. Eriksen, li mad-Danimarka jilgħab bin-numru 10, sofra attakk tal-qalb fil-partita kontra l-Finlandja, fejn kellu bżonn is-CPR biex reġa’ ġie f’kundizzjoni stabbli, fejn wara ttieħed l-isptar.

Sadanittant, ilbieraħ, Eriksen tefa’ messaġġ ta’ ringrazzjament u ta’ kuraġġ fuq il-media soċjali tiegħu, fejn rringrazzja li dawk kollha li għinuh f’dan il-mument diffiċli, filwaqt li ta s-sapport tiegħu lit-tim Daniż fil-kumplament ta’ din il-kompetizzjoni.