EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

Il-Finlandja viċin kwalifikazzjoni storika

Il-Finlandja u r-Russja jaffrontaw lil xulxin għat-tieni partita tagħhom fi Grupp B f’St.Petersburg. Il-Finlandja kisbu l-ewwel rebħa tagħhom f’tournament internazzjonali maġġuri kontra d-Danimarka, liema rebħa kienet mtappna bl-aċċident ta’ Christian Eriksen, li kkollassa kawża ta’ attakk tal-qalb ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima. Fortunatament, Eriksen jinsab f’qagħda stabbli u qed jikkomunika tajjebm filwaqt li inżamm l-isptar f’Kopenhagen.

L-aċċident bħalma affetwa lil plejers Daniżi, affetwa wkoll lil dawk Finlandiżi u kapaċi jħalli effett psikoloġiku fuq il-plejers għall-partita tal-lum. Min-naħa l-oħra r-Russja fetħu l-impenji tagħhom fil-Euro 2020 b’telfa ta’ 3-0 kontra l-Belġju, b’Romelu Lukaku jħarbat id-difiża tar-Russi u jiskorja datbejn.

Għar-Russi, il-coach Stanislav Cherchisov mistenni jagħmel xi tibdiliet, jekk irid li jkollu prestazzjoni aħjar minn dik kontra l-Belġju. Dawn iż-żewġ timijiet iltaqgħu erba’ darbiet qabel il-partita tal-lum.

Grupp B : Finlandja v Russja 3:00pm (Krestovsky Stadium St.Petersburg)