Lokali Parlament

Il-Gvern qed jhedded l-eżistenza tal-professjoni legali

Joe Ellis, PN

Id-deputat Nazzjonalista Joe Ellis qal li l-avukati qed jopponu bil-kbir miżuri li se jnaqqsu r-rikonoxximent tagħhom u tal-professjoni legali u sostna li l-Gvern qed iressaq abbozz li qed jhedded l-eżistenza tal-professjoni legali għaliex l-awtonomija tal-avukatura qed tiġi mhedda.

Fil-parlament Joe Ellis qal li l-liġi diġà tispeċifika li jkun hemm reġistru tal-avukati u sostna li l-Gvern għadda liġi li issa jrid ibiddilha kompletament; fi żmien 15-il ġurnata.

Hu kompla li l-Gvern irid ineħħi r-rikoxximent lill-Kamra tal-Avukati li issa qed issostni li l-Gvern qed jhedded il-prinċipji bażiċi tal-professjoni legali.

Il-Kamra tal-Avukati laqqgħet lill-avukati f’laqgħa li fiha l-avukati kollha huma kontra l-abbozz li qed iressaq il-Gvern. Dan l-abbozz se jiżvluta l-warrant ta’ avukat, sostna Joe Ellis, li kompla li m’hemm l-ebda ġustifikazzjoni biex isir dan.

Hu semma n-Notice of Infringments li l-Kummissjoni Ewropea ħarġet fuq Malta u qal li dawn jitrattaw fost oħrajn l-iskart, in-natura u l-bejgħ tal-passaporti iżda m’hemmx infringments dwar l-avukati.

Il-Gvern qed jirrifjuta li jippubblika l-EU Pilot speċifikat, sostna Joe Ellis, li qal li fil-pajjiż hawn lobbies b’saħħithom li jridu xogħol l-avukati bla ma jkollhom warrant. Għalhekk il-Gvern qed jgħaġġel biex jgħaddi din il-liġi u jbiddel dak li diġà approva.

Id-deputat Nazzjonalista Joe Ellis qal li l-Ministru Zammit Lewis qed jifhem kollox bil-maqlub u tkellem dwar ir-reġistrazzjoni ta’ ditti legali u r-riknoxximent tagħhom. Hu qal li l-obbligu tar-reġistrazzjoni tad-ditti legali issa qed jitneħħa u sostna li dan sar minħabba li kien hemm pressjoni fuq il-ministru.

Joe Ellis qal li min jaġdem fis-servizzi legali għandu japplika għall-warrant u jekk hemm bżonn dn isir iktar estensiv biex ikopri iktar materji għaliex il-professjoni legali qed tevolvi skond il-bidliet li hemm fis-soċjetà. Il-Gvern qed jirrelega l-warrant għall-għoti ta’ servizzi fil-qorti u s-servizzi extra-ġudizzjarji ma jibqgħux suġġetti għall-warrant.

Joe Ellis qal li l-Gvern mhux miftuħ għad-djalogu u ma jikkunsidrax il-proposti tal-Oppożizzjoni. X’inhi din l-għaġġla kollha biex il-Gvern japprova dan l-abbozz u biex jitneħħa r-rikonxximent tal-Kamra tal-Avukat, biex jidħlu d-ditti ta’ servizzi legali u biex d-ditti legali ma jkunux reġistrati? Il-Gvern mhux jimxi mad-direttivi tal-UE; dan l-abbozz mhux aċċettabbli, sostna Joe Ellis, li kompla li l-Ministru Zammit Lewis m’għandux rispett lejn is-saltna tad-dritt tant li qed jiddikjara li diġà għandu l-avviż legali lest; liema avvi legali ma ddaħħalx fil-liġi.