Sport Sport Ieħor

Il-Kumitat Olimpiku Malti b’donazzjoni ta’ ħames siġġijiet tar-roti Malta Wheelchair Basketball Association

Il-Kumitat Olimpiku Malti se għamel donazzjoni ta’ ħames siġġijiet tar-roti lill-Malta Wheelchair Basketball Association

Din l-inizjattiva tagħmel parti minn ‘Sports For All’ li hi kummissjoni immexxija mid-Direttur tal-KOM, li taħdem biex tiżdied il-parteċipazzjoni tat-tfalu adulti fl-isport, bl-inklużjoni wkoll ta’ kunċett fl-iskejjel lokali.

Id-donazzjoni lejn l-Malta Wheelchair Basketball Association seħħet grazi għal-proġett ta’ Basketball 3 x 3, li beda fl-2019, b’pareċipazzjoni ta’ diversi studenti minn ħdax-il skola differenti.

“L-għan ewlieni tal-iSports for all huwa l-inklużjoni. L-istudenti u l-għalliema ħadu pjaċir jieħdu sehem fil-wheelchair basketball u tgħallmu hafna mill-atleti tal-MWBA preżenti,” spjega d-Direttur tal-Kumitat Olimpiku Malti.

Id-donazzjoni tal-lum hija spinta meħtieġa ħafna għall-isport. Il- MWBA qed taħdem biex iżżid in-numru ta ’atleti u interess ġenerali, ż-żieda tal-wheelchairs ċertament tiffaċilita dan l-eżerċizzju, ” ikkummenta Noel Aquilina, President tal- Assoċjazzjoni.

Barra min hekk, il-KOM qed tħares ukoll ejn il-possibilita’ li l-isport tal-wheelchair basketball 3×3 jkun introdott fl-avvanimenti tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar, li se jsiru f’Malta fl-2023.