F’messaġġ li għadda fuq Facebook il-Kap tal-PN Bernard Grech qal li “Kulma jmur, qed isir iżjed evidenti li dan il-Gvern ħataf il-PBS u dawru f’magna ta’ propaganda partiġġjana”, li għaliha qed iħallas il-poplu Malti u Għawdxi.
Bernard Grech qal li dan qiegħed iseħħ billi qiegħed jkun maħnuq mhux biss il-messaġġ tal-Partit Nazzjonalista, iżda wkoll ta’ numru ta’ NGOs u msieħba soċjali.
Huwa qal li dan rajnieh iseħħ ukoll fil-każ tal-filmati manipulati minn ġewwa l-ħabs.
Il-Kap tal-PN għalaq il-messaġġ billi qal li x-xandir nazzjonali, li huwa mħallas mit-taxxi tal-poplu, għandu jkun imparzjali u mhux għodda partiġġjana.
//= $special ?>