Skont il-magna ta’ Kastilja, din l-istatistika t’hawn taħt hija analiżi simplistika – il-fatt li qed inħalsu iktar għall-kontijiet għaliex il-Gvern qed juża l-Electrogas aktar mill-Interconnector hija analiżi simplistika.
Hekk qalilna l-Ministru Roderick Galdes, illi l-Erbgha filghodu irrepeta dak li qaltilna din il-gimgha l-Ministru tal-Energija Miriam Dalli. Bil-Gvern, jibqa’ jiggustifika l-fatt li mhux nuzaw il-massimu tal-interconnector. Il-verita hi, li l-Ministru Galdes jew mhux infurmat dwar is-suġġett, jew qed jipprova jqarraq bil-Maltin u l-Għawdxin. Dan għaliex mill-mument li bdiet topera l-Electrogas, beda jintuza biss terz tas-sahha li kapaci jiggenera l-Interconnector.
L-interconnector dejjem ta lil pajjizna l-irħas prezzijiet ta’ enerġija iżda fl-aħħar snin, l-użu tiegħu kien limitat minħabba l-kundizzjoni tat-take-or-pay ta’ 70% tal-enerġija ġġenerata mill-Electrogas li Gvern Laburista rabatna magħha għal 18-il sena. Dan kien ikkonfermat ukoll mir-rapport tal-Awditur Ġenerali illi sab li fuq mhedda ta’ 6 xhur, l-interconnector ma kienx utilizzat kemm mixtieq fl-interess nazzjonali, biex spiċċajna ħallasna €10,000,000 iktar għax konna marbutin li nixtru mill-Electrogas meta l-interconnector kien irħas. Dan b’detriment ghall-familji u n-negozji kollha Maltin u Ghawdxin.
Mill-2017 sal-lum, pajjiżna uża biss terz tal-enerġija provduta mill-Interconnector, minkejja li dan kien l-orħos sors ta’ energija. Dan kollu huwa prova ċara ta’ kemm il-poplu Malti ħallas miljuni ta’ ewro aktar f’kontijiet tad-dawl u l-ilma minħabba li pajjiżna ntrabat li jixtri bilfors mill-Electrogas – illi mhuwiex l-irhas sors ta’ energija.
Konferma illi l-Gvern Laburista komdu bil-Maltin u l-Għawdxin iħallsu iktar għall-kontijiet tagħhom minflokk jifrankaw. Il-fatti juru li jekk nużaw persentaġġ akbar ta’ enerġija mill-Interconnector minflokk l-Electrogas, inħallsu kontijiet irħas iżda l-Labour ma jridx jindirizza dan is-serq.
//= $special ?>