Lokali Qorti

L-avukati huma b’saħħa kontra abbozz ta’ liġi li ressaq il-Gvern

F’Laqgħa Straordinarja li ssejħet mill-Kamra tal-Avukati, intlaħaq qbil li l-avukati kollha jappoġjaw lill-Kamra fil-pressjoni li qed issir kontra Liġi kontroversjali li sawwar il-Gvern. Din l-azzjoni sabet l-appoġġ ta’ aktar minn 200 avukat.

L-Abbozz 217 qed jipproponi li jirrestrinġi l-warrants tal-avukati. Iżda agħar minn hekk, tiftaħ it-triq għal kull min għandu xi kwalifiċi fil-liġi biex joffri “servizzi legali.”

Il-President tal-Kamra tal-Avukati, Louis de Gabriele, qal illi hija surreali li Ministru jrid ineħħi l-warrants lill-avukati. Dan għaliex niex bla warrant se jkunu jistgħu joffru servizzi legali b’regoli li jsiru mill-Ministru tal-Ġustizzja – liema regoli għadhom mhux magħrufa.

Ħafna avukati qed jistaqsu għaliex il-Gvern ħass li kellu jagħmel dawn il-manuvri b’urġenza.

Il-Kamra tal-Avukati minn naħa tagħha kkonfermat li ma saret ebda konsultazzjoni.

Fi stqarrija, il-Kamra tal-Avukati mhux teskludi azzjonijiet jekk ikun meħtieġ.