L-Italja jistgħu jaċċertaw ruħhom mill-kwalifikazzjoni għal mal-aħħar sittax tal-Euro 2020 hekk illum jilagħbu kontra l-Iżvizzera fi Stadio Olimpico f’Ruma. L-Italja, li naqqsu milli jikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja tal-2018, tista’ tgħid li diġa għandhom sieq waħda fir-round li jmiss wara r-rebħa ta’ 3-0 li kellhom kontra t-Turkija fil-partita inawgurali.
Kontra t-Turkija, t-tim immexxi minn Roberto Mancini deher li jista’ jkun b’saħħtu biżejjed biex ikun fost il-favoriti li jirbaħ din il-kompetizzjoni għall-ewwel darba sa mill-1968. Min-naħa l-oħra l-Iżvizzera ħasbu li kienu se jibdew il-Euro 2020 bi tliet punit f’Baku, iżda Keffier Moore ta’ Wales kellu ħsieb ieħor, hekk kif ġab id-draw fl-aħħar sittax-il minuta tal-partita. Il-coach tal-Iżvizzera Vladimir Petkovic se jkunu qed iħarsu li jegħlbu lil Italja, iżda rebħa għat-Turkija fil-partita l-oħra tal-Grupp, żgur mhux ftit tqawwilhom it-tamiet li jagħmluha għar-round li jmiss.
Mancini għal din il-partita se jkun mingħajr id-difensur laterali Alessandro Florenzi li weġġa’fil-partita inawgurali. Madankollu, aħbar pożittiva għall-kamp Taljan huwa r-ritorn tal-midfielder ta’ PSG Marco Verratti, li rritorna għat-taħriġ wara ħames ġimgħat barra mill-azzjoni minħabba injury fl-irkoppa. Minkejja dan, il-partita kontra l-Iżvizzera jaf tkun kmieni wisq għalih. Petkovic, min-naħa l-oħra ma kellu l-ebda injury u mistenni jżomm l-istess formazzjoni li beda biha fl-ewwel partita konra Wales.
Dawn iż-żewġ nazzjonijiet iltaqgħu kontra xulxin għall-57 darba, bl-Italja jirbħu 28 partita, jiġu draw 22 partita filwaqt li l-Iżvizzera rebħu 7 darbiet.
Grupp A : Italja v Żvizzera 9.00pm (Stadio Olimpico, Ruma)
//= $special ?>