EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

Mario Fernandes jiddaħħal l-isptar wara l-partita kontra l-Finlandja

(Ritratt: EPA)

Id-difensur tar-Russja Mario Fernandes kellu jiddaħħal l-isptar wara li fil-partita kontra l-Finlandja niżel ħażin wara li għola u weġġgħa l-ispina ta’ dahru.

Id-difensur kien imdewwi fil-ground fis-26 minuta fejn wara nħareġ fuq stretcher. Din l-injury tkompli żżid il-problemi fit-tim Russu hekk kif il-player vetera Yuri Zhirkov ukoll se jkun qed jitlef il-bqija tat-tournament wara injury fl-ewwel partita kontra l-Belġju.

Ikkummenta