Lokali Qorti

Mhux talli ma sar l-ebda xogħol fit-tliet sptarijiet, iżda lanqas il-permessi biex jibda x-xogħol ma ġew onorati


Konfermata: Ix-xogħol li kellu jsir fit-tliet sptarijiet, dak ta’ San Luqa, Karin Grech u anke l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex mhux talli baqa’ ma sar xejn bil-poplu jħallas il-miljuni għal żvilupp li kellu jsir, talli applikazzjonijiet għall-permessi kemm għall-kostruzzjoni kif ukoll għal skavar fuq xogħolijiet li kellhom isiru skadew.

Dan ħareġ meta quddiem l-Imħallef Francesco Depasquale kompliet il-kawża li qed issir mill-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fejn qed jitlob li jitħassar il-kuntratt ta’ Vitals Global Health Care għat-tmexxija ta’ tliet sptarijiet pubbliċi u dan biex jerġgħu jaqgħu f’idejn il-poplu Malti.

Marthese Debono rappreżenatata mill-Awtorità tal-Ippjanar li kellha tagħmel diversi verifiki fejn ġabet id-dokumenti relattivi dwar dan ikkonfermat dak li bdew jistaqsu l-istess Adrian Delia u l-Avukat tiegħu Edward Debono fejn ħafna mill-“Commencment Notices” ippreżentat fuq l-Isptar San Luqa u anke l-Isptar Ġenerali t’Għawdex baqgħu fuq l-ixkaffa.

Isemma’ fost oħrajn permess ta’ xogħolijiiet tal-15 ta’ Ottubru 2016 fejn suppost kellhom jiubdew ix-xogħolijiet, bl-avukat Adrian Delia jistaqsi fuq permessi biex jibda x-xogħol ta tal-bini u tat-tħaffir u tħammil. Ħareġ li ċerta permessio huma validi għal ħames snin.

L-Avukat Debono qal ukoll li iskadaenzi fuq permess tal-24 ta’ Mejju 2016 u hawn ukoll ma sar ebda skavar. Il-permess ħareġ fl-24 ta’ Mejju tal-2016. Permess ieħor jagħlaq fl-14 ta’Settembru li ġej u sa issa ma sar xejn. Filwaqt li għall-isptar San Luqa ix-xogħol kellu jsir minn kuntrattur Malti dak ta’ Għawdex kellu jsir minn kuntrattur Indjan.

Debono qalet li hemm permessi oħra li għadhom pendendenti għal xogħolijiet urġenti fl-isptar ta’ Għawdex u ieħor relatat fuq permess applikazzjoni li għadha mhijiex kompluta u ma hemmx permess fuqha. Din hija applikazzjoni ta’ Stewart fejn teżisti wkoll korrispondenza tal-Awrorita tal-Ippjanar tas-6 ta’ Mejju 2020 tal-affaijiet li għandhom isiru.

Fid-9 ta’ Frar, 2017 teżisti koorispindenza oħra bl-awtorita ma jkollha l-ebdarispost. Jeżisitu wkoll dawk ,li jissejħu Deveolpment Notification Order (DNO). Din hija applikazzjoni ta’ permess fejn mhemmx “Commencment Notice” u għadu ma beda xejn u laffarijiet mhux se jsiru, permess il-permess hekk imsejjaħ DNO ikun validu biss għal sena u dan skada.

Fuq domanda ta’ Adrian Delia jekk fuq permessi ta’ dawn in-natura jekk il-proċedua hijiex li jmur xi ħadd ‘on site’ biex jara hux qed isir ix-xogħol, ebonoi wieġbet fl-affermattiv. Issemma wkoll il-fatt li numru ta’ permessi li għadhom qed jiġu segwiti.

Delia minn naħa tiegħu qal li huwa żgur hu li ma sar l-ebda progress f’xogħlijiet infrastrutturali fi tliet sptarijiet privatizzati mill-2017, fejn xi permessi ta’ żvilupp issa skadew u oħrajn waslu biex jiskadu. Dokumentazzjoni dwar applikazzjonijiet għal xogħlijiet maġġuri fl-isptarijiet San Luqa, Karin Grech u Għawdex ġiet ippreżentata fil-każ ippreżentat mill-eks Kap tal-PN Adrian Delia, li qed jisfida l-ftehim kontroversjali ta’ privatizzazzjoni tal-2015.

Delia qed jargumenta li l-konċessjonarju oriġinali, Vitals Global Healthcare, u s-suċċessur tiegħu Steward Healthcare naqsu milli jissodisfaw l-obbligi kuntrattwali ta ’dak il-ftehim u billi nstabu tragwardi importanti, l-isptarijiet kellhom” jingħataw lura lin-nies. ”

L-Avukat Debono qal li donnu qed naraw xaqq ta’ dawl lejn l-aħħar tal-mina. “Jekk naqblu li l-kostruzzjoni li kellhom isir fi 3 spartijiet a’ Malta mhija xejn ħlief ħofra fl-isptar ta Għawdex mhux se nitolbu li jsir aċċess fuq il-post, jekk ma naqblux, nitlob li jsir l-aċċess.

L-Avukat tal-Istat qal huwa jrid jiddeċiedi skont il-wording tal-verbal. L-Avukat Debono irrileva illi minkejja l-permessi ta’ tħammil u skavar , ħlief għall-parti mill-isptar ta’ Għawdex ma ġie skavat u mibni imkien fl-ebda sptar, jekk il-partijiet l-oħra jaqblu li dan huwa fatt ma jkollniex għalfejn nagħmlu aċċess, jekk lenitolbu lill-Qorti biex taċċedi fuq is-siti f’Malta u Għawdex.

L-Avukat tal-Istat Chris Soler u l-Avukiat Joseph Camilleri mill-uffiuċċju tiegħu talbu żmien raġonevolio sabiex jagħmlu l-verifiki i tagħhom dwar dak li ġie verbalżżat u fi żmien tliet ġimgħat jippreżentaw nota dwar il-pożizzjoni tagħhom. Il-qorti tathom erba’ ġimgħat ċans biex jippreżentaw in-nota bil-każ ikompli għas-27 ta’ Settembru li ġej fid-9.00 a.m.