Futbol Sport

Premier Ingliż: Il-partita Tottenham vs Manchester City tiftaħ l-istaġun il-ġdid

(Ritratt: EPA)
L-ewwel staġun ta' Brentford fil-Premier Ingliż

Iċ-champions Ingliżi Manchester City se jibdew id-difiża tagħhom tat-titlu b’partita barra minn darhom f’Londra kontra Tottenham. Il-kampjonat Ingliż tal-futbol se jibda fl-14 ta’ Awwissu – 34 jum wara l-filnali tal-Euro 2020 f’Wembley.

L-ewwel ġurnata se toffri dawn il-konfronti:

Aww 1416:00BrentfordArsenal
Aww 1416:00BurnleyBrighton
Aww 1416:00ChelseaCrystal Palace
Aww 1416:00EvertonSouthampton
Aww 1416:00Leicester CityWolves
Aww 1416:00Manchester UnitedLeeds United
Aww 1416:00Newcastle UnitedWest Ham United
Aww 1416:00Norwich CityLiverpool
Aww 1416:00Tottenham HotspurManchester City
Aww 1416:00WatfordAston Villa

Il-kampjonat 2021/22 mistenni jkun wieħed missielet ferm b’timijiet li jridu jwaqqfu d-dominanza ta’ Manchester City. Fuq quddiem nett hemm bla dubju Chelsea, illi jidhru tim ġdid taħt it-tmexxija ta’ Tuchel. Bla dubju li anke Manchester United u Liverpool se jkunu sfidanti ewlenin.

Liverpool se jilqgħu lil Chelsea f’Anfield fit-28 t’Awwissu. U l-partitissima Manchester United kontra Liverpool hi skedata għat-23 t’Ottubru f’Old Trafford. Id-derby Arsenal kontra Chelsea se jintlagħab fil-21 t’Awwissu – li se tkun it-tieni partita tal-kampjonat għaż-żewġ timijiet.

Il-Premier din is-sena jilqa’ tliet timijiet ġodda; Norwich, Watford u Brentford, b’dawn tal-aħħar jidħlu fl-għola diviżjoni Ingliża.

L-istaġun jibqa’ għaddej sat-22 ta’ Mejju. U bla dubju li l-akbar stennija se tkun għar-ritorn tal-partitarji fl-istadiums, f’ammonti akbar minn dawk li rajna fl-aħħar tal-istaġun li għadda.